********** Album: Tfejt **********

Tfejt

Dil-kanzunetta hu li nista’ ntik.
Tippretendix affarijiet kbar.
Ma nistenniekx tibdel l-ilma fi nbid.
Jien għal haw’, int kompli sejjer.

Rit: O Mulej Alla tiegħi dejjem tistaqsini u jien ma nafx.
Ejja ħu magg te miegħi, forsi nista’ ngħinek taqta’ l-għatx.
O Mulej ħabib tiegħi dejjem idħaq, ferraħ lil kulħadd.
U jekk mal-ħin tibda’ tegħja, poġġi ħdejja u naqliblek platt.

Għedtli nżomm dejjem id-dawl mixgħul, iżd’issa sar il-ħin u tfejt.
Jien għal hawn, tridx tibqa’ ħdejja? Ilgħala qed tibki Pawl?

****************************

Għandi l-għatx

Pruvajt nikteb poeżija iżda ma rnexxilix.
Mort anke sal-Etjopja biex nagħmel il-ġid.
Irrid indoqq dil-melodija, ma rridx inwassal messaġġ.
Melodija antipatka b’ritmu antipatku.

Melodija ftit prekarja li ma tantx taqtagħlek għatx.
Prova kanzunetta oħra jew mur sal-Mandraġġ.
Kull filgħodu nqum imdamdam qisni biċċa xiħ marid.
Naqbad żobbi u nfaqqagħlu ħa nneħħilu s-sadid.

Rit: Xarrabtlek xufftejk, stejqer għal ftit.
Kemm hi iebsa l-qabża! Iżda daqt tasal jekk Alla jrid.

Id-dubbien daqt se jattakka, jaqbel li nsejħu ‘l tas-S.A.I.
Soċjetà Anti-Insetti, jirbħu kull kumbatt.
Jew nilagħbu logħba oħra, inti oqgħod il-mamà,
storja ta’ kif fantażija serqet realtà.

O Marija l-iżjed ħelwa, minn ġot-tempju noħorġuk,
nidilkuk biċ-ċikkulata biex nuruk li nħobbuk.
Tereż, int in-nanna tagħna u lejk għandna kull rispett!
Kuntenti aħna nkunu miegħek, mhux bħal fi żmien l-interdett.

****************************

Sekwestrin

Demmi issa vvalenat. Kont ħadt is-sekwestrin.
Inħares lura u ninduna kemm fil-qalb hemm dispjaċir.
Sekwestrin

Friegħi minn ġismi ħerġin, il-fjuri tal-ħadid.
L-art mielħa u mal-ewwel xita se jiekolni is-sadid.

Dejjem tistaqsi hux! Issa dak li hu hu. Sekwestrin.

Ma bsartx li se nasal s’hawn, għajnejja miksurin.
Jien tħawwilt ġo dan il-vojt il-kbir. Kemm dam biex għadda l-ħin!
Inħares lura u ninduna kemm fil-qalb hemm dispjaċir.

Inħares lura u ninduna kemm fil-qalb hemm dispjaċir.

Dejjem tistaqsi hux! Issa dak li hu hu.
Dejjem tistaqsi hux! Issa dak li hu hu.

Tlaqtni bħal buffura riħ.

****************************

Is-sengħa tal-imħabba

Int togħġbok il-moħqrija
Twaddabni ‘l hemm u ‘l hawn
B’kelma ttellagħni l-ġenna
Ma ndumx wisq ma ninżel l-art.

Inti fjura selvaġġa
Inti l-bidu u t-tmiem
Ejja missni u fejjaqni
Inti d-duwa, jiena l-ġdiem.

Għajnejk iħarsu lejja
Fommok ma jkellimnix
U donnok trid xi ħaġa tgħidli
U għall-mistħija ma tgħidlix.

Is-sajjied mingħajr il-qasba
In-nassab mingħajr ix-xbiek
Għallimni s-sengħa tal-imħabba
Forsi qalbi tistrieħ.

****************************

Miegħek immur

Taf li rrid insir parti mill-mewġ,
Jew ċagħqa fuq bajja, ramla waħda fil-plajja.

Ma rridx sehem mill-frott tal-art.
Onfoħli, itfini, ħassarni, insini.

Taf li rrid miegħek immur, miegħek immur, miegħek immur.

Il-ġenna li trid mhux qiegħda ‘l bogħod.
Titlaq inti, nitlaq jien, filkas jien noqgħod barra.

Naf, ma tafx, li dis-sena fjakk il-ħsad.
Kienet sena ta’ qtigħ il-qalb.

Taf li rrid miegħek immur, miegħek immur.

Mhux ħtija tagħna li qegħdin hawn illum.

****************************

Erġajt waqajt f’koma

Daħlet ix-xemx, il-baħar qed jitqalleb,
qabad jonfoħ ir-riħ, mhux sinjal tajjeb.

F’moħħi hemm dlam, erġajt waqajt f’koma,
xufftejja mqarqċin u togħma morra.

Ħmura fil-ħolm, kulħadd qiegħed jispara.
Hemm gwerra wara l-bieb, funeral f’darna.

Ma tagħmlu xejn ma’ ġens qalbieni bħalna.
M’hemmx ċans l-invażur li jidħol f’darna.

Amen, amen

Daħlet ix-xemx, il-baħar qed jitqalleb,
qabad jonfoħ ir-riħ, mhux sinjal tajjeb.

Agħmlu kuraġġ, għandna naħbtu ma’ gżira,
nies twajba li jilqgħuk b’ħobża u sardina.

Amen, amen, amen, amen.

****************************

Id-diqa ħelwa ta’ filgħaxija

Id-diqa ħelwa ta’ filgħaxija
Twennisni, timlieli l-vojt.
Did-diqa ħelwa kollha għalija
U tiegħi hi biss.

Dejjem tara x’tagħmel u x’tivvinta kull filgħaxija.
Biex tissaħħaħ dejjem taf li s-sema hemm.
Għax widnejja kollha faħam, widnejja kollha faħam.
Ninġabru flimkien.

Did-diqa ħelwa xej’ ma fiha,
Kitarra u sigarett.
Waħdi haw’ fuq fil-gallarija,
bil-ħajja fil-bogħod.

Għax bil-kalma żgur li tiġi.
Dejjem isma’ ħalli tiġi.
Għax did-dalma żgur li titlaq bis-serħan.

Id-diqa ħelwa ta’ filgħaxija
twennisni, timlieli l-vojt.
Tipprova ddeffes denbha l-ħtija.

Dejjem tara x’tagħmel u x’tivvinta kull filgħaxija.
Biex tissaħħaħ dejjem taf li s-sema hemm.
Għax widnejja kollha faħam, widnejja kollha faħam.
Ninġabru flimkien.

****************************

Kuraġġ Bezzina

Se nitilfek għal ftit.
Se nitilfek għal ftit.
Intbaħt li kieku beżgħan, kieku beżgħan m’iniex, jew forsi ftit.

M’hemmx iktar xi ngħidu, poġġi ħdejja u nistennew.
Għamilt li stajt, kuraġġ Bezzina, int tifel sew!
Dejjem għamilt kollox sew.

****************************

Il-Ġorf

Imxejt bil-kwiet f’mogħdija bl-ifjen trab
Taħti l-Ġorf dalwaqt se jibla’ l-blat.
Ġa kważi dalam, ‘l haw ma jersqux nies
Ħlief fil-karozzi biex jaħxu fis-skiet.

Hemm kamra monument wara tant snin
Il-ħruq ġo sidri u is-swaba’ kesħin.
Ħsibt li fottejtek, għamiltlek ħażin
Intbaħt li kont tgħammidt bl-ilma tal-bir.

Rit: Għidli, fej’ kont tkun inti dak iż-żmien?
Fiċ-chewing gum fil-baħar li jagħrax l-ilsien.
Fil-ħobż biż-żejt, fis-sjesta, fil-kuntatti taħt il-friex
li lanqas melħ ta’ baħar miftuħ ma jfejjaq.

Tidher kuntenta ferm f’dak ir-ritratt
Xej’ ma jiddispjaċini mill-pass li kont ħadt.
Hemm żibel mormi u fjuri fil-viċin,
u nifhem ‘l għala m’aħniex ta’ xulxin.

Irrid inħares lejk, narak mill-bogħod,
għax fil-preżenza tiegħek qed nirtogħod.
O baħar kbir ejja tini bis-sieq.
Ftit diqa ħelwa hu dak li nixtieq.

****************************

Dritt għall-qiegħ

Taf biċ-ċert x’inhu tiegħek?
Kollox mogħti b’xejn, int taf, qtajtlek id-dejn.
Aħwa fi Krishna, ma’ Kristu,
hey presto kulħadd ħbieb, miraklu tal-ħallieq.

Għax ma tmurx tfittex band’oħra?
Fejn jistgħu jifhmuk,
jaf anke jkunu jriduk.

Taqtax qalbek ħudha l-qabża.
Taħtek abbiss, fondoq ikrah, baħar jibla’ n-nies.

Rit: Mal-kbir profeta,
ma’ Ġesù Kristu,
m’Abraham missierna,
kulħadd dritt għall-qiegħ.

Kont barrani u lqajtuni.
Jixlini dal-kliem, meta naf jien kif jien.
Baħħru għas-sema pajjiżhom.
Vjaġġaw fil-ġuħ u l-bard, u issa għandhom b’wirthom l-art.

Rit: Mal-kbir profeta,
ma’ Ġesù Kristu,
missierna Abraham,
sieħbi Faizal.
Kulħadd dritt għall-qiegħ.

U għaliex? Xortik mhijiex xortija.

****************************

Tgħidli le

Din l-għanja hija illużjoni, minna nies illużi.

Taf li jekk tgħidli le, jista’ jkun li jaqbilli hekk.
Taf li triqatna ‘l bogħod, int fil-Lvant, jiena fil-Punent.

Jekk ser tistad, għandek tkun taf, għandek tkun taf li jiena mejjet.

Kliem li jiftħu l-bibien midfunin f’xagħri kollu xewk.
Taf li ssaħħan il-qlub. Inti x-xemx, taħtek qed indub.

Żmien itfi dan-nirien. Roxx l-irmied għax naħseb kien divin.
Inħlejt. Ejja għax għajjejt. Nistenniek taħt siġra fid-dell.

Jekk ser tistad, għandek tkun taf, għandek tkun taf li jiena mejjet.

****************************

Kanzunetta biex timla

Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta flok pirmla.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin,
Biex forsi jħenn għalina l-bambin.

Din kanzunetta kontra l-monotonija,
għax m’għandix ħeġġa mmur sa Sqallija.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

Żrajt il-qamħ nibtet sikrana,
żrajt ix-xgħir nibet ħafur.
Minn x’ħin jisbaħ sa ma jidlam,
nikkonfondi fej sa mmur.

Xita għamlet bir-riħ isfel.
Fej’ se mmorru nirtiraw?
Immorru s’għand il-furnara,
u biċċa ftira niddubbaw.

Il-Ġenna ma tmurx bid-dgħajsa,
u lanqas tmur bil-karozzin.
Għax il-Ġenna mhix ix-Xgħajra
U lanqas hija Xrobb l-għaġin.

Kemm nixtieq inbusek bewsa,
u tal-bewsa nħallas lira.
Għax il-lira tmur u tiġi,
u il-bewsa tibqa’ tifkira.

Qalu l-baħar jieħu u jagħti.
Lili ħadli u ma tanix.
Ħadli lill-maħbub ta’ qalbi,
tlabtulu u ma tahulix.

Mp3 minflok quddiesa,
kaxxa pizza flok insum,
mixi biex inkeċċu x-xjaten.
Terapija għal erbgħin jum.

Għandi għoqla fuq l-istonku,
u ma nistax nara ċar.
Moħħi issa ddallam sewwa.
Fittex ħudni lejn id-dar.

Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex timla.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.
Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin.

Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin,
biex forsi jħenn għalina l-bambin.

 

********** Album: Ħabullabullojb **********

fejn hu l-ferħ?

Ħabib qed narak ftit imriegħed u kemmxejn beżgħan
Jekk għajjejt jien lest nimxi miegħek, jew naqbdu ajruplan.

Il-ħajja ttik bis-sieq, biss taqtax qalbek, mhux kollox sabiħ.

Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed?
Dak spiċċa u mar.
Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed?
Taf ħallejtu d-dar.

Dak li għandi jien qisu tiegħek, tikkonfondi xej.
Il-problemi fil-Lvant Imbiegħed, naqtagħlek id-dejn.

Il-ħajja ttik bis-sieq, biss taqtax qalbek, mhux kollox sabiħ.

Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed?
Dak spiċċa u mar.
Fejn huwa il-ferħ? Fejn hu qiegħed?
Taf ħallejtu d-dar.

****************************

fil-bosk

Kont miexi ġo xi bosk u nara bniedem għaddej
Għedtlu “ħares intlift, inti fej sejjer fej?”
Qalli “ħabib jien bħalek, jiena bniedem mitluf.
Ġo dan il-bosk inħossni f’ħalq il-lupu, l-ħaruf.”

Għedtlu “fejn huma sħabek? Mela ħallewk l-art?”
Qalli “iva telquni.” Ħeqq jiena bsart.
Għax jiena ġrali bħalu baqa’ biss tifkiriet.
U ġewwa dan il-bosk ix-xemgħa f’qalbi ntfiet.
Ritornell: Qawwi qalbek, kompli sejjer
Għax it-tama l-aħħar li tmut.
Grif, dwejjaq u dmugħ, parti mir-realta’
Ajjj ajj ajj ajj aj ja ja ja ja ja ja

Ma nafx x’se naqbad nagħmel fej sa nagħti rasi
Ħabib aħjar nitilqek toqgħodx tagħti kasi.
Għax int fittixt l-għajnuna w jiena ma tajtielekx,
Anzi irringrazzja l-Alla illi bqajt ma sħittekx.

U telaq w għadda ‘l hemm dal-bniedem għall-grazzja t’Alla
It-tnejn bla direzzjoni, it-tnejn ponta m’Alla
U issa bdejt ninkwieta għax beda’ dieħel il-lejl,
U jien ta’ dan il-bosk ma kelli ebda’ kejl.

Ritornell

Ġol-basket kelli torċ u ħriġtha forsi nara
Komplejt jiena bla ħeġġa nterraq b’pass ta’ ħmara
Daqqa naħbat ġo siġra, daqqa naqa’ mal-art
Komplejt jiena bla ħeġġa, bdejt immut bil-bard

U f’daqqa waħda bdejt nisma għajjat ta’ festa
U ħadt ir-ruħ għax fhimt illi dal-vjaġġ kien tlesta
Fil-pront nara lil sieħbi ġej imkisser, għajjien
Għedtlu “ħabib wasalna għall-festa! Ejja, dħalna flimkien!”

Ritornell

****************************

kemm jiena cool

Niġri w naqbeż ‘l hemm u ‘l hawn, kemm jiena cool
Interraq ‘l hemm, interraq ‘l hawn, kemm jiena cool
Indoqq f’heavy metal band, but I do not know where I stand

Ngħaddi minn ħdejk u ma nkellmekx, għax jiena cool
Ta’ bir-ruħi ma rajtekx, kemm jiena cool
Inpejjep xi sigarett, jew sigarru tal-farfett

Nilbes maskra ta’ kuljum, kemm jiena cool
Kull filgħodu malli nqum, kemm jiena cool
Ma’ ta’ barra immur tajjeb, ma’ ta’ ġewwa noħroġ il-ktajjen!

Naqdi ‘l Alla u lill-flus, kemm jiena cool
Jiena ċ-ċentru, jiena l-fus, kemm jiena cool
Nikteb diski ska u doom, fil-verita’ jien imbruljun!

Jien antikapitalist, nisrani u ambjentalist.
Insalva lid-dinja kollha, u ġo dari mietu kollha!

Nixtri l-kafe’ tal-kummerċ ġust, u l-ħalib tal-baqar kbar,
Nistudja l-arti, l-filosofija, w ta’ kuljum pornografija.
Niżra u naħsad, niffanga, nsum
Norqod, nistinka, ngħaġġel u ndum
Ngħabbi, inħott, nieħu, inrodd
Naqa’ u nqum, kemm jiena cool!

****************************

il-gaffa Hymac

Il-gaffa Hymac!
Żul minn hemm għaliex din kollox tfarrak!
Hija tgħaffġek mingħajr ebda’ ħniena, u għalik żgur li l-mewt tkun il-piena.

Il-gaffa l-għodda tal-kbarat illi jmexxu did-dinja.
U b’hekk huma dawn joħolqu linja bejn dawk foqra w il-ftit is-sinjuri.

Warrab għax tgħaffġek!
Hija ma tafx x’inhija l-imħabba, u ġo qalbna l-għadab jitrabba, lejn dil-gaffa li nħolqot mill-bniedem.

Il-gaffa Hymac!
Żul minn hemm għaliex din kollox tfarrak!
Hija tgħaffġek mingħajr ebda’ ħniena, u għalik żgur li l-mewt tkun il-piena.

****************************

sieħbi jħobb il-lejl

Sieħbi qalli illi jħobb il-lejl
Għax għalih bi nhar huwa theddida
Kif jisbaħ ifeġġu d-dlamijiet
U kuljum wieħed irid iweġġa’

Il-gwerra tiġġilidha fil-moħħ
Kontra l-moħħ, il-ġisem u l-kuxxjenza
Int tqabadt b’ħila kont kuraġġuż
Iżda meta żlaqt l-għadu ma ħennx għalik

Stajt għentek ħabib tibda’ ħajja mill-ġdid

Jekk se tagħti l-ferħ, Int li tagħti l-ferħ, meta tagħti l-ferħ, aħseb fija.

Ma nafux biex se nimlew il-vojt
Żgur li ma jinteliex b’materjali
Jien inħossni bniedem ivvizzjat
L-ikel, l-għażż, u l-kumdita’ kieluni

Bħal ma l-lejl jinbidel fin-nhar, inbdilt.
Inħlist mill-mibegħda w dak kollu li jdallam
Int tqabadt b’ħila kont kuraġġuż
Iżda meta żlaqt l-għadu ma ħennx għalik

Stajt għentek ħabib tibda’ ħajja mill-ġdid

Jekk se tagħti l-ferħ, Int li tagħti l-ferħ, meta tagħti l-ferħ.

Meta tagħti l-ferħ, Int li tagħti l-ferħ aħseb fija.

****************************

iċ-ċimiterju

Xi kultant nitlef ftit il-fil u ninsa minn fejn ġej,
’Il fej’ sejjer, fej’.
Il-ħajja fiha tlugħ u nżul,
Aktar tlugħ minn inżul,
Aktar tlugħ mi’ nżul.
Ma rridx ingerger, tifhimnix, tifhimnix ħażin,
ingerger m’iniex.
Iżda ta’ bniedem fqir li jien,
Ma narax ’il quddiem,
Nisħet il-ħolqien.
Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te.
Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin.
Nintilfu għal ftit, għal ftit meħlusin.
Il-kuġin qalli tinkwetax għax għal hawn m’aħniex
Trid jew ma tridhiex.
Ma tridx teħodha f’sens ħażin,
Li jrid jgħid hi din,
Li ma tridx titlef ħin.
Iċ-ċimiterju q’ed viċin, jgħidulek miskin,
għax fejn il-mejtin.
Lili jogħgobni filgħaxija
Iż-żiffa, iċ-ċipress, id-dija…
Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te.
Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin.
Nintilfu għal ftit, għal ftit meħlusin.

****************************

ma tridx tmur mal-feeling

tribulazzjoni,
tbatija bla glorja,
dieqa bla qies,
salib bla ħelsien.

Is-sema aħmar,
Skiet illi jwaħħxek
Wita u trab,
Nixfa u blat.

Dawruk ix-xjaten,
Qed iħejju l-massakru
Xenarju ta’ mewt
Festa ta’ telfien

Iċċedix l-armi,
Tqabad sal-aħħar
Sa ma jaħkmuk
Għal darb’ oħra jsallbuk

Ma tridx tmur mal-feeling, le le la tkunx skjav!

****************************

Tħeġġiġni w toqtolni

Emminni ma nafx x’inħoss, meta nsibni nħares lejk.
Għandix nobgħod, għandix ngħożż, dis-sbuħija li inti int.
Tixbaħ l’ ajkla fis-smewwiet, majestuża w rixek fin.
Inti fjura qalb l-għollieq, unur għall-ħolqien.

Taf li tkebbisni b’ dieqa illi tgħaxxik.
Jekk nista’ nonqsok, naqla’ għajnejja t-tnejn, ikun aħjar.

Ma nafx irridekx tkun taf li inti oħla minn kulħadd.
Kieku nqegħdek ġo mużew, biex kulħadd jitpaxxa bik.
Nistennik, biss jekk narak, nistaħba għax jien għarwien.
Inti fjura qalb l-għollieq, unur għall-ħolqien.

Taf li tkebbisni b’dieqa illi tgħaxxik.
Jekk nista’ nonqsok, naqla’ għajnejja t-tnejn, ikun aħjar.

Aħjar tgħeżżiżni waħda forsi nqum.
Inxammar il-kmiem, nibda’ x-xogħol.

****************************

l-ismack

Kif nisma’ l-qanpiena tal-bieb, ninħasad, niġi niftaħlek.
Ġa naf x’se tgħidli, għax issa drajt; “prova għejni, illum tal-aħħar.”

Drabi bqajt sod, sikwit ċedejt,
Ġieli anke wassaltek u bqajt ħdejk.
Imbagħad meta tistrieħ tkun trid tibqa’ miegħi,
Iżda jiena nkun irrid nitlaq’ minn ħdejk.

Għaliex l-ismack tkissrek, tkissirlek moħħok żgur!
L-ismack tkissrek, tkissirlek moħħok żgur.

Ngħidlek id-dritt ma nafx kif int, iżda issa kuntent li sirt naf min int.
Inħoss li naqblu w qegħdin fuq l-istess frekwenza, biss jiena fl-istilel ma nemminx.

Immorru bilqiegħda fuq il-bank,
Nisimgħek, inti tismagħni.
Nitħajru nixtru xi ġelat.
Hemm togħmiet differenti.

L-ismack tkissrek, tkissirlek moħħok żgur!
L-ismack tkissrek.

****************************

L-Orjent

Jien se nwaqqaf daqsxejn hawn
Għax id-dlam u xejn m’haw dawl
Naqbad ħwejjġi u immur
Għalkemm naf m’għandix raġun.

Nirkeb fuq il-bastiment
U inbaħħar lejn l-orjent
Fuq il-vapur boxxla m’hemmx
Direzzjoni ttina x-xemx.

Ix-xemx kiefra wisq bi nhar,
Ġieli anke jaqa’ ċ-ċpar
L-art issa qiegħda il-bogħod
Li mmur lura le m’hemmx mod

Qatt ma bsart li nasal s’hawn
Tlift it-tama, tlift id-dawl
Inħossni bniedem spiċċut
Jien għażilt illi immut.

****************************

Cinderella

Cinderella what should I do?
You ask me to love you, I’ll surely do.

Love you
You’re a diamond, you’re a diamond, diamond, diamond.

Cinderella, your magic spell,
your heart you give me, I’ll treat you well.

Love you

You’re a diamond, you’re a diamond, diamond, diamond.

You’re a diamond, you’re a diamond, you’re a diamond, diamond, diamond.

****************************

feeble

and I see you walking down the road, talking to no one,
feeling all alone, yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
you’re my girl
you’re my girl

and I see you walking down the road, talking to a friend,
laughing hand in hand, yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
you’re my girl
you’re my girl

You don’t know me but I do
Here to catch a glimpse of you.

and I see you walking down the road, talking to no one,
feeling all alone, yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah
yeah yeah yeah ee yeah

****************************

Graces street

He’s found on a mountain top,

As they arrived, he was there and falling.

Yeah, yeah yeah yeah yeah good morning

before you wonder why

what goes inside your head